Iċ-Ċermen ta’ Pilatus Bank jingħata libertà proviżorja – rapporti

Pilatus Ali sadr

Iċ-Ċerpersin ta’ Pilatus Bank Ali Sadr Heshemi Nejad ingħata l-libertà proviżjora minn qorti fl-Istati Uniti.
L-Iranjan ingħata l-libertà proviżorja għal $34 miljun f’bonds assigurati b’madwar $39 miljun fi propjetà u flus kontanti. Dan kollu ġie iffirmat minn għexieren ta’ individwi.
Skont artiklu li deher fuq is-sit Law360, l-Imħallef qal li filwaqt li l-Gvern tal-Istati Uniti kien stabbilixxa li kien hemm ċans li Ali Sadr jipprova jaħrab, il-Gvern ma laqax ir-rekwiżitu biex juri li l-ebda kombinazzjoni ta’ kundizzjonijiet ma kienet se tassigura li Ali Sadr jidher fil-Qorti.
Ali Sadr qed jiġi akkużat li għadda $115 miljun minn kumpanija mill-Venezwela minn banek tal-Istati Uniti (USA) bi ksur ta’ sanzjonijiet tal-USA.
Minkejja l-oppożizzjoni ħarxa tal-prosekuzzjoni, l-Imħallef iddeċieda li jeħles lil Ali Sadr ta’ 38 sena. Għalkemm aċċetta l-pakkeġġ ippreżentat minn Ali Sadr, l-Imħallef qal li dan se jkollu jiġi mmonitorat b’mod elettroniku.
Il-prosekuzzjoni qalet li l-Iranjan gideb dwar kemm għandu flus u dwar ir-riżorsi kbar li għandu missieru. Fil-Qorti nstema’ wkoll li Ali Sadr għandu diversi passaporti minn pajjiżi differenti. Kien gideb mal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni tal-USA li ħajtu tkun f'periklu jekk imur l-Iran. Minkejja dan, kien żar l-Iran għal għexieren ta’ drabi wara.