Iċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid mill-ġdid b’ambulanza

Fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid, mil-lum, reġa’ beda s-servizz ta’ ambulanza wara nuqqas ta’ xi snin.
L-ambulanza se tintuża f’każ ta’ bżonn għall-pazjenti tan-naħa t’isfel ta’ Malta, minflok ma tintbagħat ambulanza mill-isptar Mater Dei.
Il-Gvern fakkar li n-numru ta’ emerġenza hu 112 u li s-servizz tal-ambulanza kien twaqqaf mill-amministrazzjoni preċedenti.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne spjega li din hi prova oħra ta’ kemm hi importanti l-kura primarja. 
Ritratt: MEH_PS