Iċ-ċentru tas-saħħa f’Raħal Ġdid se jingħalaq temporanjament

Xogħlijiet ta’ manutenzjoni se jwasslu sabiex iċ-ċentru tas-saħħa f’Raħal Ġdid jingħalaq temporanjament bejn l-24 ta’ April minn 12pm sas-27 ta’ April fis-7am.

Fi stqarrija, il-Primary HealthCare avżat li matul dan il-perjodu, iċ-ċentru tas-saħħa ta’ Bormla se jkun qed jiftaħ fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum.

Għal matul dan il-perjodu qasir dawk il-pazjenti li ġeneralment imorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid qed jintalbu sabiex imorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla biex jinqdew minn dawn is-servizzi:

  • Servizz tat-Tabib
  • Servizz ta’ Trattment Mediku, inkluż is-Servizz tal-Kura tal-Feriti
  • Servizz tat-Teħid tad-Demm – każijiet urġenti biss
  • Servizz tal-Podjatrija – każijiet urġenti biss
  • Servizz tal-Fiżjoterapija – każijiet urġenti biss

Dawk il-pazjenti li għandhom appuntament għat-Teħid tad-Demm jew għall-Klinika tal-Kura tal-Feriti se jiġu kkuntattjati individwalmanet mill-Primary HealthCare sabiex jintalbu jagħżlu bejn li jitrasferixxu l-appuntament tagħhom għal data oħra aktar tard jew biex jattendu ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla.

Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 21222444 jew 21231231.