Iċ-ċentru ta’ Bengażi mill-ġdid f’idejn il-militar Libjan

Skont il-Gvern Libjan, il-forzi tal-ordni reġgħu ħadu lura ċ-ċentru tal-belt ta’ Bengażi wara ġimgħatejn jippruvaw jerġgħu jirbħu l-qalba tal-belt minn idejn il-militanti jiħadisti.  
Almenu 16-il persuna tilfu ħajjithom fl-aħħar ġlied, fosthom anke persuni ċivili.
Minkejja dan però, il-battalja għadha mhix lesta biex il-belt sħiħa tkun f’idejn il-militar tal-Gvern Libjan għax fadal żoni maħkuma mill-militanti qrib l-Istat Iżlamiku.
Anke fi Tripli għad hemm il-vjolenza u s-sitwazzjon tidher li għadha ’l bogħod milli tiġi lura għan-normal.