Iċ-Ċentri tas-CPD se jsiru jifilħu għat-terremoti

Ċentri CPD jifilħu terremoti
Ritratt: DOI, Jason Borg

Il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia qal li ċ-Ċentri tal-Protezzjoni Ċivili se jsirilhom xogħol li jagħmilhom sikuri f’każ ta’ terremot.

Farrugia tkellem waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tas-36 Assemblea Ġenerali tal-Kummissjoni Siżmoloġika Ewropea. Huwa qal li minkejja l-fatt li f’Malta seħħ terremot qawwi sinifikattiv aktar minn 100 sena ilu xorta huwa importanti li jseħħu l-preparamenti meħtieġa f’każ ta’ avveniment ta’ din ix-xorta.

Skont Farrugia, Malta għaddejja b’ħidma mill-viċin mal-Italja f’dan ir-rigward.

Kelliema oħra kienu jinkludu l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, il-President tal-Kummissjoni Siżmoloġika Ewropea Prof Ina Cecic u r-Rettur tal-Università ta’ Malta Prof Alfred J Vella.