Iċ-ċentri ta’ investiment tal-BOV b’ħinijiet estiżi

Il-Bank of Valletta ħabbar li s-sitt ċentri ta’ investiment li għandu f’Malta u Għawdex se jibqgħu miftuħa bejn is-14.30 u s-19.00 mit-Tnejn 23 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 27 ta’ Novembru 2015.
Matul is-servizz estiż, l-investituri potenzjali jistgħu jmorru fiċ-ċentru ta’ investiment tal-għażla tagħhom biex jistaqsu dwar l-offerta ta’ 3.50% Noti Subordinati tal-BOV u speċifikament fir-rigward tal-offerta tas-Series 1/2015, Tranche 1.
Is-servizz estiż qed jiġi offrut miċ-ċentri ta’ investiment tal-Bank li jinsabu f’Bir id-Deheb, Birkirkara, il-Gżira, Ħal Qormi, Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta u r-Rabat Għawdex.
Id-dettalji tal-offerta lill-pubbliku jinsabu fil-Prospett, is-Suppliment u t-Termini Finali tan-Noti Subordinati li huma disponibbli mill-fergħat u miċ-ċentri ta’ investiment tal-Bank of Valletta u mingħand intermedjarji finanzjarji awtorizzati oħra.
Dawn id-dokumenti huma disponibbli wkoll biex jitniżżlu minn fuq il-portal tal-Bank: www.bov.com.