Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu Re se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

Aġġornat 11:54 AM
Curia

Read in English.

Il-Knisja Kattolika illum tiċċelebra l-festa liturġika ta’ Kristu Re. Għal din il-festa li tagħlaq is-sena liturġika, l-Arċisqof Charles Scicluna flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea -Curmi qed jistiednu lill-Insara biex jingħaqdu magħhom għal ċelebrazzjoni djoċesana.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu Re tibda fil-5pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann bit-talba tar-rużarju quddiem Ġesù espost u tingħata l-Barka Sagramentali. Fil-5:30 p.m. titkanta t-Talba tal-Għasar. Waqt l‑Għasar, l-Arċisqof jagħmel ir‑riflessjoni tiegħu f’din il‑festa importanti għall‑Insara.

Il-Mixja ta’ Fidi mill-monument ta’ Kristu Re mhux ser issir minħabba l-maltemp. Kulhadd mistieden u mħeġġeg jattendi fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.