Iċ-ċelebazzjoni tal-Ewkaristija għandha dejjem tkun solenni

Il-Kardinal John Olorunfemi Inaiyekan, Arċisqof ta’ Abuja fil-Ghana, wissa lill-Kattoliċi fl-Afrika biex iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija iżommuha dejjem b’mod solenni kemm jista jkun.
Hu kien qed jitkellem fil-ftuħ uffiċjali tar-Raba’ Kungress Ewkaristiku li għaliha attendew aktar minn 10,000 pellegrini mill-20 djoċesi tal-Ghana. It-tema tal-Kungress li dam sejjer sitt ijiem, kienet: “L-Ewkaristija u l-Evanġeliżazzjoni l-Ġdida”.
Il-Kardinal fakkar li l-Konċilju Vatikan II kien ta fakulta lill-knejjes lokali f’diversi partijiet tad-dinja biex jaraw it-tradizzjoni reliġjuża tal-popli tagħhom u b’mod kreattiv idaħħlu xi ftit minn dawk l-elementi fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija u jibdew billi jużaw il-lingwa tal-lokal.
“Iżda dan ma jfissirx li l-quddiesa għandha tinbidel f’divertiment soċjali jew xi disco.
Anke meta fil-quddiesa nużaw strumenti mużikali għandna dejjem inżommu s-solennità li tixraq lill-Ewkaristija Mqaddsa”, wissa l-Kardinal Onalyekan.
Tajjeb li mmorru lura għat-tradizzjonijiet tal-antenati tagħna u jekk kienu ispirati biex jesprimi l-fidi tagħhom f’Alla bid-daqq u ż-żfin ejja nagħmlu l-istess basta dawn inħalluhom biex nagħtu ġieh 'l Alla u mhux biex nagħmlu xi ċelebrazzjoni soċjali oħra.
Hu qal li wieħed mill-iskopijiet tal-Kungress Ewkaristiku kien li jfassal programm ċar ta’ evanġelizzazzjoni. “F’kull era ġdida ta’ Evanġelizzazzjoni, element ewlieni u stabbli jibqa’ ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija.  Ma jistax ikun hemm evanġelizzazzjoni mingħajr l-Ewkaristija u allura ma hemm ebda evanġelizzazzjoni ġdida li ma tiħux l-Ewkaristija bl-akbar serjetà", qal il-Karidnal.
Żied li l-Kattoliċi għandhom bżonn li b’mod kreattiv ifittxu metodi ġodda ta’ evanġelizzazzjoni, issa li għandna possibbiltajiet ġodda permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni. 
Il-Kardinal appella lill-Kattoliċi biex iwarrbu l-għażż spiritwali u jibqgħu ma jagħmlu xejn u joqogħdu attenti biss biex jevitaw id-dnub u ma jmorrux l-infern.