Jekk is-sena l-oħra inti ġejt irreġistrat ma’ JobsPlus bħala impjegat kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time, jew self-employed, mela huwa possibbli li se tkun wieħed minn aktar minn 200,000 persuna li se jirċievu ċekk bil-posta bħala rifużjoni tat-taxxa.
Kelliem għall-Ministeru tal-Finanzi spjega li ċ-ċekkijiet għandhom jiġu mqassma kollha sas-7 ta’ Settembru. Spjega li ma hemm l-ebda ordni li bihom se jintbagħtu, ħlief il-proċess normali tal-MaltaPost.
Il-pensjonanti se jmisshom xi ċekk?
Newsbook.com.mt staqsa wkoll jekk il-pensjonanti hux se jkunu intitolati għal xi ċekk. Madanakollu, il-Ministeru spjega li dan mhux se jkun possibbli hekk kif fl-aħħar budget, minbarra ż-żieda tal-COLA fil-pensjoni, ġew mogħtija żieda oħra ta’ €2 fil-ġimgħa, kif ukoll kien hemm żieda fl-ammont ta’ dħul li fuqu l-pensjonanti ma jħallsux taxxa. Sostna li dawn iż-żidiet fil-pensjoni swew lill-Gvern €8 miljun u qed igawdu minnhom 90,000 pensjonant.
Kif tista’ tikkalkula kemm se tieħu?
Meta mistoqsi kif jiġi kkalkulat kemm wieħed se jirċievi f’dan iċ-ċekk, il-kelliem għall-Ministeru spjega li l-ħlas se jkun ikkalkulat fuq id-dħul tal-individwu, speċifikament fuq kemm iddikjara li daħħal paga mill-impjieg tiegħu.
It-tabella t’hawn taħt tispjega aħjar il-mod ta’ kif jinħadem it-tax refund: