Iċ-ċekk tal-għotja taż-żwieġ se jibda jidħol direttament fil-bank

Iċ-ċekk tal-kontribuzzjoni taż-żwieġ lil koppja li tkun għadha kemm iżżewġet se jibda jidħol direttament fil-kont tal-bank.
M’hemmx għalfejn li wieħed jibqa’ japplika b’mod separat fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali wara li jirreġistra ż-żwieġ fir-Reġistru Pubbliku.
Koppja li tkun għadha kemm iżżewġet se tibda tirċievi ittra li tispjegalha xi trid tagħmel, tibgħat l-informazzjoni aġġornata lill-Gvern, anke permezz tal-internet, u tirċievi l-flus il-bank.
L-għotja, ta’ €271.04 għal kull parti, hi eliġibbli għal dawk li jkunu ħallsu mill-inqas 26 xahar ta’ bolla.
L-għotjiet jingħataw anke lill-partijiet f’unjoni ċivili.
Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia, qal li l-Gvern qiegħed jara kif se jissimplifika proċeduri oħra, inkluż l-għoti taċ-children’s allowances