Din l-attriċi llum tagħlaq 17-il sena. Għaraftha?

Awguri lill-attriċi Geordie Schembri li llum qed tiċċelebra għeluq is-17-il sena tagħha. L-attriċi, li bħalissa qed tidher fir-repetizzjonijiet tas-sensiela Iċ-Ċaqqufa mit-Tnejn sal-Ħamis fuq TVM, kif ukoll fir-repetizzjonijiet ta’ Sorelle li qed jixxandru mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-1.15pm fuq TVM2, twieldet bħal-lum it-2 ta’ Awwissu tal-2003.

Geordie hija l-unika tifla ta’ Anton u Alison Schembri u tgħix iż-Żejtun. Minbarra fis-sensiela Iċ-Ċaqqufa, lil Geordie rajnieha wkoll f’sensiliet bħal Viġilante, Santa Monika, Tereża, Fattigi u Division 7.

Geordie mal-ġenituri tagħha, Anton u Alison

Geordie ħadmet f’numru ta’ produzzjonijiet teatrali, kif ukoll kienet qrat il-voti tal-Maltin fl-edizzjoni tal-2014 tal-Junior Eurovision Song Contest.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.