Iċ-Ċaqnu jibgħat ittra lill-Prim Ministru

Charles Polidano, iċ-Ċaqnu bagħat ittra lill-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, fejn ikkonferma li mhux se jsiru aktar xogħlijiet fuq is-sit inkwistjoni f'Ħal Farruġ.

Fl-ittra, Polidano qal li qatt ma kellhom l-intenzjoni li jkabbru s-sitwazzjoni u jikkonfermaw li se jikkooperaw mal-awtoritajiet dwar il-każ.

Ikkonferma wkoll li llum ma daħħalx il-ħaddiema għax-xogħol sabiex tilħaq tikkalma s-sitwazzjoni wara l-inċidenti tal-bieraħ.

Skuża ruħu għal kull inkonvenjent, li iżda ma kienx intenzjonat.

Tista' tara l-ittra hawn. 

Ħalli kumment hawn b'ismek u kunjomok.