Ibus għonq il-waiter u jispiċċa l-Qorti

serq karozzi Birkirkara qorti

Raġel li bies għonq il-waiter f’lukanda, mossa li wasslitu sabiex jispiċċa l-Qorti akkużat b’offiżi sesswali.

L-ispettur Alfredo Mangion arresta lill-Awstraljan ta’ 67 talli kkommetta att ta’ natura sesswali mingħajr kunsens fuq waiter.

Fil-Qorti ħareġ li l-vittma informa lis-superjuri tiegħu dwar il-każ. Il-maniġment imbagħad irrapporta l-inċident lill-Pulizija.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih fuq il-bażi li l-Awstraljan qiegħed Malta fuq btala u kien mistenni jitlaq minn Malta nhar it-Tnejn li ġej. Id-difiża spjegat li l-akkużat kien lest li jibqa’ Malta sakemm tinqata’ s-sentenza filwaqt li jgħix f’lukanda sakemm il-każ jiġi deċiż.

Ir-raġel ingħata l-ħelsien proviżorju fuq depożitu ta’ €1,500, garanzija personali ta’ €2,500, filwaqt li ntalab jiffirma fl-għassa kuljum.