Ibrahimovic ma’ LA Galaxy

Aħbar esklussiva li ħareġ l-istazzjon sportiv ESPN tgħid illi Zlatan Ibrahimovic dalwaqt isellem lil sħabu u d-diriġenti ta’ Manchester United hekk kif fadal ftit jiem biss sabiex itir lejn l-Istati Uniti u jmur jilgħab fil-Major League Soccer, magħruf aħjar bħala MLS.
Skont l-istess ESPN, il-plejer Żvediż huwa favorit illi jingħaqad ma’ Los Angeles Galaxy tant illi hemm diġà ftehim preliminari u mistennija wkoll isiru l-ewwel testijiet mediċi sabiex hu jingħaqad magħhom.
Din tista’ tkun l-aħħar destinazzjoni fil-karriera ta’ Ibrahimovic wara li lagħab ma’ diversi timijiet Ewropej fil-passat.