Ibrahimovic ma jistax jilgħab ħafna minuti – Mourinho

Il-kowċ ta’ Manchester United Jose Mourinho, f’konferenza stampa illi ta lejliet il-logħba tal-UEFA Champions League kontra Basel stqarr illi l-Iżvediż Zlatan Ibrahimovic għadu mhux lest biex jilgħab għal ħafna minuti.
Dan il-plejer reġa rritorna fl-iskwadra tar-Red Devils is-Sibt illi għadda u lagħab madwar 20 minuta meta daħal bħala sostitut. 
Madankollu Mourinho kkonferma illi Ibrahimovic ser ikun fil-bank tas-sostituti fl-eventwalita’ illi jiġi bżonnu. 
Fl-aħħarnett qal illi hu għandu bżonn jilgħab il-logħob pero’ ser jagħmel dan bil-mod il-mod.