Ibrahimovic b’fond għall-ġlieda kontra l-coronavirus

Zlatan Ibrahimovic nieda fond biex jiġbor il-flus għall-ġlieda kontra l-coronavirus. Hu appella lil sħabu l-plejers tal-futbol biex jagħtu sehemhom f’din il-ġlieda.

L-attakkant ta’ AC Milan jilgħab l-Italja, l-pajjiż l-aktar li ġie affetwat wara ċ-Ċina mill-pandemija tal-coronavirus. S’issa jidher li Ibrahimovic għamel żewġ donazzjonijiet ta’ €50 elf.

Fuq Instagram Ibrahimovic qal li l-Italja tagħtu ħafna affarijiet, u issa f’dan iż-żmien tant drammatiku, jrid jagħti xi ħaġa lura lill-pajjiż li tant iħobb.