“Ibqa’ fil-Korp” – Il-PM lil Simon Schembri

DOI: Kevin Abela

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum iltaqa’ mal-Kuntistabbli Simon Schembri, li kien involut f’hit and run ix-xahar li għadda, u mal-familja tiegħu.

Il-Prim Ministru talab lil Schembri biex jikkunsidra li jibqa’ fil-Korp tal-Pulizija biex ikompli jservi ta’ ispirazzjoni għall-membri l-oħra tal-Korp, kif ukoll għall-pubbliku.

Il-familja Schembri rringrazzjat lill-Gvern għall-assistenza kollha, fosthom il-kura medika, u l-protesi avvanzata li se ssirlu.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia, il-Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar, u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Sigurtà Nazzjonali, Kevin Mahoney.

DOI: Kevin Abela