“Ibqa’ dejjem ferraħ u daħħak lil ta’ madwarek”

Ritratt: Facebook/CynthiaBorg

 

L-attur Joe Borg li bħalissa qed narawh fis-sensiela Iż-Żagħka, llum iċċelebra għeluq il-71 sena tiegħu. Fuq il-midja soċjali ma naqsux il-messaġġi ta’ awgurju fosthom dak ta’ bintu Cynthia.

“Ibqa’ dejjem ferraħ u daħħak lil ta’ madwarek. Inħobbuk ħafna,” kitbet fost affarijiet oħra waħda miż-żewġt uliedu.

Joe Borg hu miżżewweġ lil Mary, née Attard. Għandhom żewġt ulied, Cynthia li twieldet fl-1973, u Alison li twieldet fl-1979.

Joe Borg ma’ martu Mary f’ritratt mill-imgħoddi

Borg fil-jiem li għaddew kien jifforma parti mill-kast tal-produzzjoni Il-Presepju tan-Nannu li ttellgħet fl-Istitut Kattoliku b’risq id-Dar tal-Providenza.

Joe Borg f’Ingropp-pi, flimkien ma’ Josephine Mahoney, Moira Muscat, Ray Attard, George Micallef u Rina Camileri

Fuq it-televiżjoni deher f’għadd ta’ produzzjonijiet fosthom fir-remake ta’ F’Baħar Wieħed, kif ukoll San Valetinu, Pupi, Ingropp-pi, Deja Vu, Riħ Isfel, kif ukoll Is-Siġill tal-Qrar.