Filmat: “Ibqa’ d-dar għax bil-corona tiġik agħar” – Gawdenz

Fost dawk li qed ikomplu jwasslu l-messaġġ tagħhom anki permezz tal-midja soċjali nsibu lill-avukat Gawdenz Bilocca, karattru li huwa interpretat mill-attur Fabian Scerri De Carlo.

Fil-filmat hu jidher qed jilgħab il-monopoly u jwassal il-messaġġ li qed jgħidulna l-awtoritajiet biex nibqgħu d-dar u kif kliem stess irid ifisser li jkun jaqblilna għax jekk ma nobdux ninsab f’riskju li nispiċċaw l-isptar.

Nittamaw li l-messaġġ ta’ Gawdenz mhux biss inissel tbissima iżda wkoll qed jidħol f’moħħ kulħadd biex nerġgħu naqgħu lura għan-normal illum qabel għada.

Prosit Fabian! Prosit Gawdenz!

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix,

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn