Ibiddel il-klabb imma mhux il-karozza

Klabb ġdid, plejers ġodda, kampjonat ġdid, lingwa ġdida u sewqan fuq ix-xellug – hemm ħafna x'irid jidra f'dan l-ambjent ġdid. Madanakollu, ħaġa waħda tibqa' l-istess. Il-kowċ il-ġdid ta’ Liverpool FC, Jürgen Klopp, xorta se jibqa' l-ambaxxatur internazzjonali tal-Opel.
Mhux se jkun hemm lanqas problemi kbar biex jadatta f'Liverpool, minħabba li l-kumpanija oħt l-Opel, il-Vauxhall, hi l-karozza uffiċjali fl-Ingilterra msieħba mal-klabb. Vauxhall tisponsorja wkoll l-erba' timijiet nazzjonali Brittaniċi, l-Ingilterra, l-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta' Fuq.
Matul ix-xahar li għadda, l-ambaxxatur tal-Opel, Jürgen Klopp, kien ippreżentat bħala l-maniġer il-ġdid ta' Liverpool FC.
Liverpool, 18-il darba rebbieħa tal-kampjonat Ingliż u tmien darbiet rebbieħa ta' tazzi Ewropej (ħames darbiet il-UEFA Champions League u tliet darbiet il-UEFA Europa League), iridu jerġgħu jirritornaw għall-aqwa tagħhom mal-eks-kowċ ta' Borussia Dortmund. Wara seba' snin bħala kowċ ma' Mainz u Dortmund rispettivament, Liverpool hu l-ewwel klabb li se jkun qiegħed jikkowċja barra l-Ġermanja.