Iberraq għal Abe hekk kif illum il-Ġappun jivvota

Illum il-Ġappuniżi jivvutaw fl-elezzjoni li tista’ tfisser inkwiet għal Shinzo Abe, il-Prim Ministru Ġappuniż kif ukoll President tal-Partit Demokratiku Liberali fil-pajjiż.
Il-popolarità ta’ Abe naqset minħabba li qed jiġi ssuspettat li deffes idu biex jiffavorixxi ħabib tiegħu f’negozju.
L-elezzjoni tal-lum hi dik li tissejjaħ it-Tokyo Metropolitan Assembly, u mad-daqqa t'għajn tidher bħala referendum dwar il-Gvernatur tal-Ġappun kif ukoll Mexxej tal-partit Toyko Citizens First, Yuriko Koike.
Iżda dan qed jitqies ukoll bħala test għal Abe, u rapporti qed jgħidu li l-partit tiegħu se jieħu ċanfira ħelwa f’din l-elezzjoni.
Koike kien eks-Ministru tad-Difiża, kif ukoll eks membru tal-partit ta’ Abe. Huwa qed jimbotta politika riformista, u jaspira li jikseb il-maġġoranza ta’ ta’ 127 siġġu fl-assemblea, sabiex b’hekk iwaqqaf id-dominju preżenti tal-partit ta’ Abe.