​Iben Osama Bin Laden jitlob iċ-ċertifikat tal-mewt ta’ missieru

Skont is-sit elettroniku Wikileaks, iben Osama Bin Laden talab lill-Istati Uniti biex jingħata ċertifikat tal-mewt ta’ missieru.
Ittra li qed jingħad li ntbagħtet mill-Ambaxxata tal-Istati Uniti fl-Arabja Sawdija hija fost 60,000 dokument tal-Gvern li ġew ippublikati minn dan is-sit.
Il-Konslu Ġenerali Glen Keiser kiteb lill-Abdullah Bin Laden fl-2011 fejn spjegalu li ma jistax jinħareġ iċ-ċertifikat tal-mewt ta’ missieru.
Ir-risposta tal-ambaxxata għandha d-data 9 ta’ Settembru 2011, jiġifieri madwar erba’ xhur wara li l-mexxej tal-Al-Qaeda Osama Bin Laden kien inqatel waqt raid Amerikan fil-Pakistan.