Iben Michael Schumacher jirbaħ il-Formula 2 fl-Ungerija

Mich Schumacher irnexxielu jirbaħ il-Formula 2 Grand Prix Ungeriż ilbieraħ. Il-ġuvni ta’ 20 sena rebaħ fit-trakka fejn missieru Michael irnexxielu jirbaħ erba’ mir-rekord totali ta’ 91 rebħa fil-grand prix. Schumacher beda fil-pole positon li kiseb billi spiċċa fit-tmien post nhar is-Sibt waqt il-‘feature’ race.

Hu baqa’ jissielet biex spiċċa fuq quddiem u ma ħaliex lill-Ġappuniż Nobuharu Matsushita jaqbsu għal 28 dawra. Waqt waħda mill-intervisti li sarulu, qal li t-tyres bdew jispiċċaw u ma kinitx faċli biex jibqa’ għaddej. Hu spjega kif il-ħin kollu beda jiċċekkja l-mirja biex jara kemm hu viċin ta’ warajh. Iżda qal li kienet tellieqa eċitanti ferm u ħa gost jikkompeti.

AQRA: Żvelata l-qagħda ta’ Michael Schumacher wara snin ta’ skiet