“Ibdew agħmlu l-laqgħat bil-mixi fuq il-bankini” – BAG

Il-Bycycling Advocacy Group (BAG) qed tenfasizza l-importanza tat-titjib tal-bankini u ħarġet direttiva biex il-membri tagħha jorganizzaw laqgħat bil-mixi meta jiltaqgħu ma’ uffiċjali tal-kunsilli lokali jew tal-Gvern.
Il-BAG qalet dan fi stqarrija b’reazzjoni għall-aħbar li kumpanija indipendenti se tkun qed tieħu ħsieb it-toroq Maltin u r-rappurtaġġ ta’ numru kbir ta’ bankini fi stat ħażin li jwasslu għal numru sostanzjali ta’ inċidenti.
Il-Grupp qal li għadu ma tħabbarx min se jkun qed jieħu ħsieb it-titjib tal-bankini, jekk hux entità  ġdida jew il-kunsilli lokali.
Din mhix l-ewwel darba li l-BAG tkellem pubblikament li dwar il-problema tal-bankini f’Malta u li jekk irridu nsolvu din il-problema jeħtieġ li jitnieda progamm ta’ tibdil tal-massa biex jitjiebu l-bankini u l-passaġġi tal-miexi.
Il-Grupp żied jgħid li l-bankini u l-passaġġi tal-miexi ilhom jiġu injorati għal għexieren ta’ snin.
B’din id-direttiva l-BAG qed taspira li ġġib lill-uffiċjali pubbliċi konxji tal-problema.
Ritratt: Arkivji