Ibdel dawn u taf tonqos mill-piż

Għal xi wħud, li titlef il-piż hija biċċa xogħol intimidanti, iżda għal dawk li qed jippruvaw jonqsu xi ftit, dawn li ġejjin huma prattiċi sempliċi li wieħed jista’ jsegwi tul il-ġurnata.

Żomm djarju tal-ikel:

Meta tikteb x’qed tiekol tkun tista’ tara aħjar l-istampa kollha ċara tad-dieta tiegħek. Dan iservi wkoll bħala tfakkira ta’ dawk il-prattiċi li wieħed ikun qed jipprova jbiddel għall-aħjar f’ħajtu.

Ixrob aktar ilma:

Meta wieħed jixrob aktar ilma, dan ikun qed jgħin biex jitlef il-piż. L-ilma jgħin biex tiżdied ir-rata tal-metaboliżmu u għalhekk ikunu qed jinħarqu aktar kaloriji.

Mur mixja:

M’għandekx ħin biex tmur sal-gym? M’hemmx bżonn li tattendi xi klassi partikolari, nofs siegħa mixi kuljum jagħmel tajjeb ukoll.

Żomm il-ħin tal-ikel kostanti:

Xi uħud isibuha komda li jżommu ħin speċifiku biex jieklu u b’hekk ikunu qed iżommu r-ritmu tal-metaboliżmu għaddej.