Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ikompli jħeġġeġ iktar donaturi biex matul din is-sena l-ġdida jagħtu d-demm iktar b’mod regolari, u dawk li għadhom qatt ma taw, jekk hu possibbli, jikkommettu ruħhom biex tul din is-sena jibdew jagħtu d-demm.
Minbarra fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa (inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8am sas-6pm, l-għoti tad-demm matul dan ix-xahar jista’ jsir ukoll f’dawn il-postijiet:
- Il-Ħadd 10 ta’ Jannar: Ħaż-Żabbar – mobile unit – fi Pjazza Medjatriċi maġenb il-Knisja Parrokkjali mit-8:30am sas-1:00pm.
- Il-Ħadd 17 ta’ Jannar: Il-Mosta – mobile unit – fil-pjazza ta’ maġenb il-Knisja Parrokkjali mit-8:30am sas-1:00pm.
- Il-Ħadd 17 ta’ Jannar: Il-Berġa tax-Xewkija mit-8am sas-1pm.
- Il-Ħadd 24 ta’ Jannar: Ħal Safi – mobile unit – il-pjazza ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali mit-8:30am sas-1:00pm.
- Il-Ħadd 31 ta’ Jannar: San Ġiljan – mobile unit – quddiem ix-Xatt tal-Balluta mit-8:30am sas-1:00pm.
- Il-Ħadd 31 ta’ Jannar: Il-Berġa tax-Xewkija mit-8am sas-1pm.
Noti importanti!
- Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.
- Kulmin ser jersaq biex jagħmel is-swab test tal-coronavirus jew qed jistenna r-riżultat tiegħu ma jkunx jista’ jagħti demm sakemm joħroġ r-riżultat li hu negattiv għall-virus.
Dan it-tagħrif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.