Ibbulljar: Appell għall-ġenituri, għalliema u tfal

L-għaqda mhux governattiva bBrave twaqqfet biex twassal aktar għarfien dwar l-ibbulljar u fost l-oħrajn, dwar kif dan jaf jaffettwa t-tfal.

L-organizazzjoni appellat biex il-ġenituri jitkellmu mat-tfal kuljum u jaraw dak li qed jagħmilhom ferħanin jew imdejqin. Qalet li l-ġenituri għandhom isibu l-ħin li jidħlu onlajn u jaraw x’inhuma jagħmlu t-tfal tagħhom.

L-organizazzjoni bBrave appellat lit-tfal biex jitkellmu mal-għalliema u l-ġenituri dwar dak li jkunu għaddejjin minnu u ma jibżawx jiftħu qalbhom.

Għal aktar informazzjoni dwar il-ħidma tal-organizazzjoni bBrave, żur il-paġna tagħhom fuq facebook.