Ibbukja dan il-weekend mar-Ryanair

Il-linja tal-ajru Ryanair raħħas it-tijiriet tiegħu sa €30 inqas magħtul dan il-weekend. Din l-offerta hija miftuħa biss mil-llum sa nhar it-Tnejn f’nofs il-lejl.

Dan ir-roħs qed isir fuq titjiriet madwar l-Ewropa kollha biex jagħti ċ-ċans lill-klijenti tal-kumpanija jmorru fuq mawra fix-xhur tal-Ħarifa u x-Xitwa. Il-biljetti jistgħu jinqatgħu għal titjiriet bejn Settembru ta’ din is-sena u Jannar li ġej.