Ian Camilleri kien ir-raġel li miet f’inċident f’San Ġiljan

Ian Camilleri kien ikkonfermat bħala r-raġel li miet fl-inċident li seħħ matul il-lejl li għadda f’San Ġiljan meta hu kien qed isuq mutur.

Bosta minn sħabu xeħtu messaġġi fuq Facebook li juru xokk qawwi għal din it-telfa. Ħafna kienu dawk li qalu li l-aħbar ħalliethom bla kliem, partikolarment ħbieb u kollegi ta’ Camilleri. Huma ddeskrivewh bħala raġel “ta’ veru” u li kien ikun dejjem bid-daħka fuq wiċċu.

Ħabib ieħor sostna li dejjem kien iħares lejn Camilleri bħala “raġel ta’ eżempju kbir, tajjeb u maħbub minn kulħadd.”

Camilleri miet f’inċident fi Triq Dun Mikiel Anton Vassalli għall-ħabta ta’ nofsillejl. Hu kellu 39 sena u kien jgħix Birkirkara. Il-ħabta tal-lejl li għadda seħħet bejn erba’ vetturi, żewġ karozzi u żewġ muturi. Is-sewwieq l-ieħor tal-mutur, Malti ta’ 40 sena mill-Ħamrun jinsab fil-periklu tal-mewt.