Ian Borg jiltaqa’ mal-Kummissarju responsabbli mill-Koeżjoni

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg iltaqa’ ma’ Johannes Hahn, li huwa l-Kummissarju responsabbli mill-politika ta’ koezjoni.
Ian Borg irringrazzja lill-Kummissarju għall-għajnuna waqt in-negozjati fil-ftehim ta’ partnership ma’ Malta.
Il-konklużjonijiet b’suċċess waslu wara xhur sħaħ ta’ laqgħat tekniċi.
Il-ftehim ta’ partnership ma’ Malta se jgħin lill-Gvern fil-pjanijiet tal-fondi Ewropej bejn l-2014 u l-2020.
L-ewwel sejħiet għall-proġetti se joħorġu qabel l-aħħar tas-sena. 

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott