Hyzler jgħid li Ministri m’għandhomx joħorġu stqarrijiet personali permezz tad-DOI

Read in English.

IL-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, l-Avukat George Hyzler qal li l- Ministri u d-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) m’għandhomx joħorġu stqarrijiet għall- istampa li mhumiex marbuta ma’ materji uffiċjali jew li huma miktubin b’ton partiġġjan.

Hyzler għamel din id-dikjarazzjoni wara li rċieva ilment mingħand l-avukat Andrew Borg Cardona dwar stqarrija maħruġa mill-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi.

L-istqarrija tal-Ministru Mizzi kienet tgħid li l-Ministru qed jirtira numru ta’ kawżi ta’ libell li huwa kien fetaħ biex jikkontesta allegazzjonijiet kontra tiegħu dwar ħasil ta’ flus, billi dawn l-allegazzjonijiet kienu diġà ġew iddikjarati bla bażi mill-qrati.

Fir-rapport tiegħu, il-Kummissarju jasal għall-konklużjoni li l-istqarrija għall-istampa tittratta dwar kwistjoni politika li toħroġ mill-interessi personali tal- Ministru Mizzi, u li mhijiex marbuta mad-dmirijiet uffiċjali tiegħu peress li l-Ministru Mizzi fetaħ il-kawżi ta’ libell f’ismu, u kieku ma rtirahomx u nqatgħu favur tiegħu kien jirbaħ id-danni hu personalment.