Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qed tippjana li tagħlaq il-ħwienet kollha mill-Erbgħa li ġejjin sal-10 ta’ Jannar bl-għan li jittrażżan it-tixrid tal-coronavirus.
Il-proposti se jkunu diskussi waqt laqgħa li l- kanċillier se jkollha tal-kapijiet tal-istati Ġermaniżi.
Merkel diġà kellha fl-imgħoddi tentattiv li tintroduċi miżuri ristrettivi fl-istati Ġermaniżi kollha megħluba mis-16 -il kap tal-Istati.
Jekk tgħaddi din il-proposta, din il-miżura mhux se tapplika għall-ħwienet essenzjali bħal supermarkets u spiżeriji kif ukoll banek li jistgħu jibqgħu miftuħin.