Ħwejjeġ, żraben u drapp fost l-oġġetti li qed tbigħ id-Dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana qed jirċievi offerti ssiġillati għal xiri ta’ diversi oġġetti, ġarr u tneħħija tagħhom, fosthom inbejjed u xorb alkoħoliku, xkejjer tal-gypsum, rombli ta’ drapp, settijiet tal-kmamar tal-banju, ħwejjeġ u żraben. Il-lottijiet huma kif ġej:

75 lott ta’ xorb alkoħoliku;

43  lott ta’ nbid;

7 lottijiet xkejjer tal-gypsum;

16-il lott b’settijiet tal-kmamar tal-banju;

6 lottijiet ħwejjeġ tal-irġiel;

12-il lott ħwejjeġ tat-tfal;

5 lottijiet żraben; u

5 lottijiet rombli ta’ drapp.

L-offerti jintlaqgħu mid-Direttur Ġenerali ġewwa l-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa bejn it-Tnejn 3 t’Awwissu sal-Ġimgħa 7 t’Awwissu 2020, mit-8:00am san-12:00pm.

Biex wieħed jara lott,  jiġbor formuli tal-offerti jew irid iktar informazzjoni fejn jeħtieġ, jista’ jaċċessaha mill-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa, jew inkella jċempel fuq in-numru tat-telefown 21237209 matul l-istess ġranet u ħinijiet.