Ħwawar Indjani rtirati mis-suq

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika qed javża lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva, il-prodott Ginger Powder ma għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibiltà tal-preżenza tal-mikrobu Bacillus cereus.
Dan huwa prodott Indjan li jintuża bħala spice mal-ikel.
Il-Kumpaniji involuti ġew obbligati jirtiraw il-prodott mis-swieq iżda peress li ġie rrapurtat li l-konsenja laħqet inbiegħet lill-konsumatur, bħal ma jsir f’dawn il-każijiet, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-konsumaturi.