“Huwa ż-żmien opportun biex nippromovu l-volontarjat” – Il-President ta’ Malta

Aktar minn 50 żgħażugħ minn madwar id-dinja llum inġabru flimkien fil-palazz ta’ San Anton. Il-President ta’ Malta, Marie Lousie Coleiro Preca, faħħret lil dawn iż-żgħażagħ tax-xogħol volontarju li qed jagħmlu f’oqsma differenti fis-soċjetà.

Il-President stqarret li dan huwa mument kruċjali fejn iż-żgħażagħ iridu jkunu minn ta’ quddiem biex jgħinu u jagħtu minn dak li għandhom x’joffru.

Waqt din l-attività, l-President ta’ Malta nediet il-Korpi tas-Solidarjetà Ewropea. Hija qalet li dan hu pass ieħor ‘il quddiem mill-kummissjoni Ewropea biex aktar żgħażagħ jagħtu sehemhom fil-volontarjat.