“Huwa fl-interess ta’ Malta li Konrad Mizzi jibqa’ ministru”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa fl-interess ta’ Malta li Konrad Mizzi jibqa’ ministru.
Waqt li kien mistoqsi mill-ġurnalisti Joseph Muscat baqa’ jiddefendi d-deċiżjonijiet tar-reshuffle.
Joseph Muscat qal li ddeċieda li jibqa’ jżomm is-servizzi ta’ Konrad Mizzi biex jara li l-proġett tal-power station ikun lest.
Dwar il-kumment tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, li r-reshuffle huwa farsa, il-Prim Ministru qal li għandu jitkellem ċar u jagħmillu libell.
Tenna li “farsa” huwa Simon Busuttil għax meta għandu akkużi ċari dwar Mario De Marco għadu ma ħax passi.
Joseph Muscat qal li Manuel Mallia għamel il-perjodu tiegħu biex jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu u ħass li kellu jerġa' lura fil-Kabinett.
Temm jgħid li hu jieħu d-deċiżjonijiet skont il-bżonn, wara li jiżen il-fatti u s-sentiment tal-pubbliku.