“Huwa fl-aħjar interess tal-Knisja” – Papa Benedittu XVI

Fl-ewwel dehra pubbilka tiegħu minn meta ħabbar li se jirriżenja, il-Papa Benedittu Sittax indirizza l-Udjenza Ġenerali u qal li d-deċiżjoni tiegħu kienet fl-aħjar interess tal-Knisja.

Waqt id-diskors tiegħu l-Papa kellu jieqaf u jerġa jiba diversi drabi minħabba ċ-ċapċip tal-pubbliku. Uħud saħansittra kienu qed jibku.

Il-Papa tenna bit-Taljan dak li qal lill-Kardinali bil-Latin nhar it-Tnejn, li m’għandux aktar saħħa jkompli. Talab lil dawk li jemmnu biex jibqgħu jitolbu għall-ġid tal-Knisja.

Il-Papa llum jippresjedi l-attivitajiet tal-Knisja relatati ma’ Ras ir-Randan. Il-quddies din is-sena se ssir fil-Bażilika ta’ San Pietru sabiex jiġi evitat li l-Papa jgħaddi minn fost ġemgħat kbar.