Filmat: “Huwa faċli li nibdew nitilfu l-umanità tagħna” – Gertrude

Lil Gertrude Borg Marks narawha bħala attriċi f’bosta sensiliet ta’ drama u fost dawk li ħadmet fihom insibu F’Salib it-Toroq, Santa Monika, Andrew & Sue, Amen u Fattigi. Illum hi qed tingħaqad ma’ bosta personalitajet li qed taqsam ftit ħsibijiet permezz ta’ newsbook.com.mt.

Hi titkellem dwar ilfatt li f’dan iż-żmien ta’ inċertezza ninħakmu minn biżgħat iżda hi tħeġġeġ biex nibqgħu umani, niftakru f’min konna qabel biex la jgħaddi kollox noħorġu persuni aħjar.

Segwi l-messaġġ kollu permezz tal-filmat f’din il-paġna.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn