“Huwa d-djalogu li jwassal għat-tama li nsolvu l-problemi” – Papa Franġisku

Waqt l-Anġelus, il-Papa Franġisku reġa’ sejjaħ għal paċi fis-Sirja. Huwa qal li l-konfrontazzjoni ma ssolvix l-problemi, imma dan isir biss permezz tad-djalogu.

Filwaqt li żdiedet il-vjolenza fis-Sirja fil-jiem li għaddew, il-Papa Franġisku talab lill-komunita’ internazzjonali sabiex tagħmel dak kollu possibbli li jwassal ghat-tmiem ta’ dan il-kunflitt.

Huwa temm id-diskors tiegħu billi stieden lill-folla sabiex jitolbu lil Marija Reġina tal-Paċi.