Ingredjenti
400g patata bil-qoxra mnaddfa sew u mqattgħa wedges
basla mqattgħa slajsis
2 irjus tat-tewm imqattgħa
nofs kuċċarina origanu
2 kuċċarini żejt taż-żebbuġa
nofs lumija mqattgħa wedges
2 tadamiet imqattgħa
200g ħut imnaddaf
tursin imqatta’
bżar u melħ
Metodu
Saħħan il-forn għal 200˚Ċ, gas 6.
F’dixx tal-forn poġġi l-patata, il-basal, it-tewm, l-origanu u ż-żejt flimkien mal-bżar u l-melħ. Ħallat tajjeb u ara li kollox ikun inkesa biż-żejt.
Daħħal fil-forn għal 15-il minuta. Dawwar il-ħaxix u sajjar għal 15-il minuta oħra.
Żid il-lumi u t-tadam u sajjar għal 10 minuti.
Poġġi l-ħut fil-wiċċ u sajjar għal 10 minuti sakemm tara li l-ħut sar.
Servi bit-tursin imqatta’ fil-wiċċ.