Ħut biz-zalza bajda

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Temperatura tal-forn 180C, 350F, Marka tal-Gass 4
Ingredjenti:

  • 300gr basal
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 600gr fletti tal-ħut abjad
  • Kilo kaboċċi
  • Mgħarfa ħabaq u merqtux
  • 150ml stokk tal-ħut
  • 3 mgħaref kunserva
  • 100gr bżar aħmar
  • Nofs kuċċarina kari 

Metodu:
1. Sajjar il-basal fiż-żejt taż-żebbuġa
2. Sajjar il-ħut
3. Poġġi l-kaboċċi f’taġen flimkien mal-ħabaq u l-merqtux u sajjarhom għall ftit minuti oħra.
4. Ġo dixx tal-forn poġġi t-taħlita tal-kaboċċi u l-ħut.
5. Ħallat l-istokk mal-kunserva u poġġi fuq it-taħlita tal-kaboċċi u l-ħut
6. Lesti z-zalza bajda u ferragħha fuq it-taħlita.
7. Sajjar ġo forn għall 30 minuta.
Għal aktar riċetti minn Karmen Tedesco segwi l-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM kuljum bejn id-9am u 12pm.