Ħut Basquaise

Ingredjenti

Ħut tal-għażla tiegħek

450g tadam

1 bżaru aħdar

3 basliet żgħar imqattgħa fin

2 lumijiet żgħar

¾ ta’ kikkra nbid abjad dry

8 mgħaref ħall

8 mgħaref żejt taż-żebbuġa

melħ u bżar

Metodu

Naddaf il-ħut u poġġih f’dixx li s-soltu tużah għall-forn.

F’kazzola ħallat flimkien it-tadam imqatta’, il-bżaru mnaddaf miż-żerriegħa u mqatta’, u l-basal.

Isslajsja l-lumi fi ċrieki rqaq u żid fil-kazzola flimkien mal-inbid abjad, il-ħall u ż-żejt. Ħawwar bil-bżar u l-melħ.

Sajjar għal 15-20 minuta u mbagħad ferragħ t-taħlita fuq il-ħut. Sajjar fuq nar moderat għal bejn 10-15-il minuta.

Dan il-ħut normalment jisserva kiesaħ imżejjen bis-slajsis tal-lumi.