Ħumus b’mod sempliċi

Riċetta u ritratt: Joseph A Cachia

Ma’ ikla fejn jidħol il-ħaruf, ħut u ma insalati, xejn ma’ hu aktar tajjeb milli jkollok il-ħumus miegħu. Il-ħumus hu prinċipalment magħmul miċ-ċicri u jsir fuq l-istess prinċipju li ssir il-bigilla, imma minflok il-ful jintuża ċ-ċicri. Din ir-riċetta ta’ hawn taħt hija mill-aktar sempliċi u faċli ssir minn kulħadd.

Ingredjenti

Bott ċiċri li tneħħilu l-ilma kollu li jkun hemm fih

Żejt taż-żebbuġa

Nofs kuċċarina meraq tal-lumi

Bżar u melħ

Metodu

Għaffeġ kemm tista’ ċ-ċirċi f’mixer flimkien ma’ kuċċarina żejt taż-żebbuġa. Żid il-bżar u l-melħ għat-togħma.

Iċċekkja l-konsistenza tat-taħlita biex tara tkunx trid aktar żejt.

Issa żid il-meraq tal-lumi ftit ftit, ittiegħem kull darba, biex tara li t-togħma ssir  kif tiggustaha. Hemm min ma jżidx il-lumi. Imma din għall-gosti ta’ dak li jkun.