Riċetta u ritratt: Tanya Zammit
Ingredjenti
150g ċiċri mnixxfin
1 meraq ta’ lumija magħsura
60ml Tahini paste
1 ras ta’ tewma mgħaffġa
2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
nofs kuċċarina cumin
nofs kuċċarina melħ
2 mgħaref ilma
niskata paprika
Metodu
Poġġi ċ-ċiċri fl-ilma għal matul il-lejl u wara għalli għal siegħa. Neħħi l-ilma sewwa minn passatur.
Agħmel il-meraq tal-lumi mat-Tahini paste f’food processor u aħdem għal 30 sekonda.
Żid iż-żejt taż-żebbuġa, it-tewm, il-cumin u l-melħ u aħdem għal 30 sekonda.
Żid nofs iċ-ċiċri u aħdem għal minuta. Wara żid iċ-ċiċri l-oħra u l-ilma u aħdem għal minuta oħra.
Daħħal fil-friġġ u użaha fi żmien ta’ ħamest ijiem.
Meta tkun lesta, feserr il-parika fil-wiċċ.
Servi mal-pita bread jew ma’ xi ħaxix.