Humber Steak

Ingredjenti

500g ċanga kkapuljat

60g basal imqatta’ rqiq

bajda

tursin imqatta’

120g dqiq

bżar u melħ

Metodu

1.         Aqli l-basal imqatta’ sakemm jieħdu kulur dehbi.

2.         Ħallat mal-basal iċ-ċanga u t-tursin.

3.         Għaqqad flimkien b’bajda sħiħa u bil-bżar u l-melħ.

4.         Ifforma f’forma ta’ burgers ta’ madwar 90g kull waħda.

5.         Għaddihom mid-dqiq u aqlihom.

6.         Qabel isservi poġġi bajda moqlija fuq kull burger.

7.         Servi l-burgers flimkien ma’ patata chips u nsalata kif tiggosta.