Awdjo: Humans of Malta – Il-karattru Malti fuq Facebook

Żewġ żgħażagħ sarrfu l-imħabba li għandhom lejn il-fotografija f’inizjattiva li toħroġ il-karattru Malti permezz ta’ paġna fuq facebook bl-isem ta’ Humans of Malta.

F’kumment ma' Newsbook, Ryan Galea qal li flimkien ma’ sieħbu Nicky Scicluna, iddeċidew li joħolqu din il-paġna biex joħorġu s-sabiħ tal-kultura Maltija permezz ta’ diversi ritratti ta’ uċuh ta’ persuni.

Ryan Galea kompla li dawn ir-ritratti huma meħuda waqt il-ħajja ta’ kuljum biex joħorġu s-sabiħ tal-individwu.

Din il-paġna ġibdet lejha iktar minn 1,200 like fi ftit ġimgħat.