Ħuk iż-żgħir għandu aktar ċans li jkun kriminal

Studju li sar riċentament ikkonkluda li t-tieni wild f’familja għandu aktar ċans li jkun delikwenti fl-iskola jew ikollu x’jaqsam mal-awtoritajiet meta jikber.
Dan l-istudju, li forsi se jserraħ moħħ ħafna rġiel li għandhom ħuthom iżgħar, sar minn grupp ta’ riċerkaturi fl-Università ta’ Florida u MIT.
Huma bbażaw l-istudji tagħhom fuq pari ta’ aħwa subien mid-Danimarka u minn Florida, li huma żewġ kulturi totalment differenti minn xulxin.
L-istudju juri li t-tieni wild minn kważi kull par kien lest li b’xi mod jisfida l-awtoritajiet minn ħuħ il-kbir.
Allura għafejn l-ordni ta’ kif twieldu taffettwa ċ-ċans ta’ kriminalità?
L-istudjużi ħarġu bit-teorija li l-wild iż-żgħir għandu aktar ċans li jkun delikwenti għas-sempliċi fatt li ma jkunx irċieva attenzjoni individwali daqs ħuħ il-kbir.
Riżultat ta’ dan hemm ċans kbir li jisfidaw l-imġieba normali biex jakkwistaw l-attenzjoni.