Hughes ifaħħar lil Shaqiri

Il-kowċ ta Stoke City, Mark Hughes, kellu kliem ta’ tifħir għall-attakkant tiegħu Xherdan Shaqiri għall-wirjiet illi qed jagħti kemm fil-bet365 Stadium kif ukoll fil-logħbiet illi t-tim qed jilgħab barra minn daru.
Hughes saħaq illi l-plejer Żvizzeru qed ikun ta’ ispirazzjoni għal sħabu hekk kif skorja żewġ gowls f’10 logħbiet fil-Premier League Ingliż kif ukoll provda erba’ blalen lill-kollegi tiegħu sabiex issarrfu f’gowls importanti.
Shaqiri, illi nxtara mingħand Inter sentejn ilu għas-somma ta’ 12-il miljun lira sterlina, dam ma ingrana fil-magna tat-tim għalkemm bil-perseveranza kollha ma qatax qalbu u issa qed ikun parti mportanti mill-iskwadra tat-tim imlaqqam The Potters.