Filmat: Ħuġġieġa tradizzjonali tisplodi waqt karnival fi Franza

Madwar 18-il persuna weġġgħu meta ħuġġieġa tradizzjonali splodiet f’ċelebrazzjoni tal-Karnival f’Villepinte, villaġġ fit-tramuntana ta’ Pariġi.
L-inċident seħħ ilbieraħ eżatt malli l-fjamma, li tixgħel il-ħuġġieġa, misset mal-qafas magħmul apposta.
Il-ħuġġieġa timmarka t-tmiem tal-attivitajiet.
Il-filmat, li qed idur fuq il-midja soċjali, juri l-mument eżatt tal-isplużjoni u l-biċċiet li taru u laqtu n-nies.
Skont il-gazzetta Le Parisien, omm u t-tarbija tagħha huwa fost it-18-il persuna li weġġgħu.
Agence France-Presse qal li mill-ewwel investigazzjoni jirriżulta li l-kawża tal-isplużjoni għadha mhux magħrufa.
Skont midja oħra, l-isplużjoni jista’ jkun li seħħet kawża ta’ petrol li ntuża biex jgħin lill-ħuġġieġa taqbad.