Huddersfield isalvaw

It-tim immexxi mill-kariżmatiku David Wagner irnexxilu jikseb draw ta’ 1-1 kontra Chelsea u dan ifisser li l-iskwadra minn West Yorkshire ser tibqa’ fil-Premier League Ingliż għal staġun ieħor.
Kien gowl ta’ Laurent Depoitre fil-50 minuta li poġġa lil Huddersfield fil-vantaġġ qabel ma Marcos Alonso naqqas id-distakk għat-tim ta’ Antonio Conte. Huddersfield nefqu £40 miljun sabiex isaħħu tim li wasal sal-għola diviżjoni tal-futbol Ingliż  grazzi għall-playoffs.
Il-baġit li kellhom jiddependu fuqu kien ferm limitat meta mqabbel ma’ dak li klabbs bħal Chelsea jonfqu staġun wara l-ieħor sabiex jibqgħu kompetittivi.
Madanakollu l-passjoni u d-determinazzjoni tal-plejers u tal-istaff tekniku wrew li l-flus mhux dejjem jagħmel d-differenza.